Sunday, October 24, 2010

Malta u d-dinja skond jien v0.1

Kieku kelli mmexxi l-pajjiz u d-dinja jkolli gvern purament teknokratiku - iġifieri mmexxi minn nies kolti u studjużi bħal xjenzati, inginiera, artisti u profesjonisti varji. Dan naturalment jeskludi l-avukati, il-periti u l-ekonomisti (li tant għamlu ħsara dan l-aħħar).

Il-kunsilli lokali.
Dawn għalija kollha żejda. Il-kunsilli m'huma xejn ħlief xirka ta' opportunisti neqsin minn kull sens u ntelligenza, kultura u gost. Tajbin biss biex iġgħaluna ngħixu għar, kawża tad-deciżjonijiet dettati minn l-injoranza tagħhom. Il-kunsilli 'tajbin' biss biex jagħmlu xi one way, u tnejn u tlieta etc. Ftit wara jibdielhom u jaqilbu kollox. U biex ifottu l-parking u mbagħad jagħmlu l-parking għar residenti - ingustizja oħra. Jew inkella biex jwaħħlu xi kamera ħalli jikomplu jisolħulna l-but. Dan kollu m'għandiex x'nambugħ. Il-kunsilli taħti żgur li jkollhom żmien differenti għax ma jibqawx jeżistu! Fil-pajjiż hemm bżonn ta' tlitt dipartmenti biss. Malta North, Malta South u Malta centre. U jekk ser issaqsi, Għawdex jiġi taħt Malta North, u anke l-ministeru għal Għawdex jispicca għax dak żejjed bħal kunsilli lokali.

Il-MEPA, ic-caqnu u oħrajn
Darba wieħed qal li qabel kien hemm il-ministru 'omni-potenti' u issa hemm il-MEPA (bil-ministri & co. jistaħbu warajha). Din ukoll, hekk kif hini, hi żejda: xirka oħra ta' parassiti. Min hu parti mix-xirka jieħu u jifga u minn hu barra miskin għalieh. Il-MEPA & co. hija xhieda ta' rigress li ġabitna neqsin minn l-affarijiet sbieħ u artistici. Nsomma fhimtuni ukoll, il-MEPA & co jbgħatu sew taħti.

Is-siġar
Dawn żgur igawdu. Jiena jiddispjacini ħafna għas-siġar. Dan l-aħħar neħħew is-siġar li kien hemm fir-roundabout ta' ħdejn c'sare, Paola. Msieken, povri siġar! Issa hemm baħħ.
Il-gimgħa l-oħra mort sa pjazza San Ġorġ, il-belt. "Kmieni", tgħidu inthom, iva għax l-belt ingħalqet f'hija nnifisha u ma nersaqx l'hemm. U nsomma, rajt din il-pjazza għal l-ewwel darba minn mindu rranġawha. U malli rajta dheret sterili, mingħajr sigar, catta u griza! Qas gost ta' xi vaska, xejn! sterili għal l-aħħar. Jien għalija qisa xi ħaġa mejta. Is-siġar jgħatu dhera ferm isbaħ minn dak il-griz, għalfejn neħħewhom?
Eżempju ieħor, Zabbar road, il-Fgura. Fottewa wkoll. Kienet sabieħa tant bis-siġar. Le, jiena nzid is-siġar mhux biex niġi fuq-TV imma biex nsebbaħ l-ambejt ta' l-irħula l-bliet tagħna. Is-siġar isibu posthom f' l-irħula tagħna.

Nkompli darb oħra.

Saturday, August 28, 2010

Tmurx il-polyclinic qabel id-9:30am

Jgħidu li bniedem avzat, nofu armat. Aħna l-Maltin għandna l-marda nazjonali li jekk naf jien, mela jaf kullħadd! Dan jgħodd b'mod partikolari għal min jmexxi l-pajjiz u s-sistema tas-saħħa. U għalhekk xtaqt naqsam magħkom din l-esperjenza li kelli biex immur nieħu injection fil-polyclinic tal-gvern ta' Hal Qormi. U fettilli nagħmel dan qabel ix-xogħol ghal xi t-8:00 ta' filgħodu.

Mela saqsejt lir-riceptionist u qalli li rrid immur it-treatment izda l-ewwel prijorita hija dik ta' min irid jieħu s-sample tad-demm. Imma għas-sample tad-demm ma jkunx hemm xi wieħed jew tnejn... u ghalhekk tispicca frustrat tistenna għalxejn u tisma' bosta tgergir ta' pazjenti oħra li ippretendew li jiqdew għax bħali ma kienux jafu b'dan l-imberkin samples tad-demm. U ejja ngħiduha: it-tgergir huwa marda oħra nazzjonali.

Ta' min isemmi li dan l-imbierek bieb tat-treatment room, kien qisu biex ta' burdell. Min jaqbad jidħol, min isaqsi, min ħiereġ u min għassa miegħu biex jaqbeż il-queue. U waħda minna hekk precizament għamlet u malli għamlet hekk l-oħrajn kollha gergru. Għadda ż-żmien u reġet ħarġet u jien mistgħaġeb, ħadd ma kellimha. Ħadd, għaddiet qisu xejn m'hu xejn. Iżda dan jagħmel sens?

Mela daqqu id-9:15, u jien kont għadni nistenna u spiccaw tad-demm. Waħda li kienet qablu fil-queue qalet "misshom jaqsma tat-treatment minn tad-demm" forsi suġġeriment tajjeb, iżda f'dak il-ħin inutli tgħid lilna u għalhekk ma nafx x'fettilli u għetila, "issa, x'ħin tidħol għidilhom". U malli qedt hekk ma nafx b'liema raġuni, żewġa bir-rabja, attakkani u qalli "għidilhom int, mhux marti". U jien xi ftit imbellah qetlu, "imma mhux martek trid tagħmel dan is-suggeriment? U ngħidlek ħaġa oħra, l-ewwel gergirt li waħda qabżet il-queue u malli ħarġet lanqas għedtilha xejn!" U hawnhekk id-diskors beda jinbidel, "le", qalli u kompla "dik ma qabżitx il-queue, kienet hawn qabeilna 'lkoll".

Mela hwanhekk wasalna għat-tielet marda nazjonali, m'aħniex kapaci nressqu l-ilmeti tagħna lil xi awtorita, forsi għax kompjacenti u lsiena twil, jew simplicement biża'?

Jiena qed nipprova nagħmel il-parti żgħira tiegħi. Jekk inti wasalt sa fuq din il-paġna, issa taf li jekk tmur il-polyclinic wara id-9:30 hemm cans kbir tinqeda tajjeb u mingħajr frustrazjoni u tista' tgħaddi l-messaġġ lil ta' madwarek. Tajjeb li tkun taf u tgħarraf!
Issa wkoll jekk inti xi ħadd li taħdem fis-sistema, għandek is-suġġeriment ta' din-is-sinjura. Pero jiena għalija biżżejjed li twasslu l-messaġġ ta' l-operat tagħkom sew u car lil-pubbliku - mingħajr ma tħaddmu iktar nurses.

Wednesday, July 28, 2010

Għal għomrok

Ftit tas-snin ilu il-gvern ta' Gonzi telaq l-għidut tar-revisjoni tas-sistema tal-pensjoinjiet. Telqu il-lixka u ma għamlu xejn. Ħallew kollox għaddej u nkitbu ħafna ittri. U nsomma nafu aħna li n-natura umana tinsa u malli għadda iż-żmien opprtun, telquha mbaxx mbaxx u tawna sentenza għal għomorna, sentenza sa 65 sena.
Issa mhux ser jinqdew iktar direttament bit-Times of Malta - tajjeb tbiddel xi ftit - le, issa nqdew bil-barranin. Dan m'hu xejn gdid għax issa Malta inbiegħet kollha lil barranin! Issa nqdew bl-UE u WMF biex jikkonfermawlna s-sentenza għal għomorna sa 70 sena.
Ħalli ngħamlu analizi. Mela l-popolazjoni żdiedet... mela zdied ukoll id-dħul lil gvern. Żdiedu t-taxxi mela l-gvern ideaħħal iktar. Daħlu l-VAT ta' 15% u wara din żdiedet għal 18%. Daħlu bosta aktar taxxi indiretti. U ma ninsewx il-kontijiet li huma taxxa oħra.
Jgħidula li qed inħalsu l-NI biex eventualment nieħdu l-pensjoni... iżda fir-realta' din l-imbierka pensjoni ma jridx itiegħelek! Biex tkompli żżid l-inkomprensjoni, min hu bil-pensjoni llum, il-gvern jgħidlu li hemm ħaddieħor jaħdem għal pensjoni tiegħu... mela dawn għal xiex ħadmu? Inġustizja legalizzata.

Binarji differenti

Hemm zewġ binarji differnti u distinti. Dawk tal-politikanti u dik tagħna. Il-politikant ma jgħamilx il-ligijiet għalieħ, iżda hu jqiegħed lilu nnifsu fuq ħaddieħor u l-liġi, u l-liġijiet jeżistu għal ħaddieħor. Il-pensjonijiet m'humiex eccezjoni. Le, l-membri parlamentari għandhom sistema ta' pensjoni għalihom... ħalli jassiguraw li jibqgħu jerdgħu sa l-aħħar qattra ta' ħajja li jkollhom.

Torox?

Kristu dejjem kien car, u forst il-bosta tgħalim li tagħna, qal "Ta' l-aħħar jiġu l-ewwel u ta' l-ewwel jiġu l-aħħar". Meta kien vicin il-passjoni u għamel l-aħħar cena ma' sħabu, Kristu ħaslilhom saqajhom.
Jekk tkun ġejja elezjoni jippruvaw idelkulna ħafif saqajna, mbgħad jibgħatulna l-kont ta' l-ilma! U mhux dak il-kont dak biss u qatt ma tkun cara liema kontijiet u proposti ser joħorġu biehom... u aħna rridu nġalsu.

Jekk irid isir xi tibdil, kulħadd irid jitqies taħt is-sema. U min irid jagħmel il-liġijiet, l-ewwel jagħmilhom lilu u lil ta' madwaru u mbgħad jikkonsidra jgħaddiha lilna.

In-nanniet

Xejn ġdid meta ngħid li n-nanniet huma ta' valur kbir għas-socjeta' tagħna. U xejn inqas ġdid meta ngħid li n-nanniet jgħinu b'mod inkalkulabbli għat-tkabbir tal-familji tagħna. Iva għax illum ukoll kulħadd jaf kif l-omm ikollha toħroġ taħdem ħalli l-genituri ikunu jistgħu jħallsu id-dejn, il-kontijiet u l-isbalji kollha tal-politikanti Maltin. L-omm mhux għal l-ugwaljanza tmur taħdem. Dan kollu paroli fil-vojt.
U issa, f'dan il-paroli kollu fi-vojt li tant nisimgħu, min ser jieħu ħsieb it-tfal? In-nanny? U zgur, jekk mhux ser ikolna iktar nanniet. Din hi bażi għal socjeta' aħjar?!

Tuesday, May 4, 2010

Today I bothered to click the update button

Today I bothered to click the update button on the only machine which I use that runs Windows(R), windoze XP - all other machines have various Linux distros installed.

In the list there was IE8 and the description read:


Internet Explorer 8 is the latest version of the familiar Web browser that you are most comfortable using. Internet Explorer 8 helps you get everything that you want from the Web faster, easier, and more privately and securely than ever. After you install this item, you may have to restart your computer.


I've been using gecko based web browser since 1996. Netscape and then Firefox. Whenever I tried IE it felt like using a stone-age cartwheel instead of a modern jet. And this feeling was only limited to when IE did not crash!
Now they are telling me that IE is the "familiar Web browser that [I'm] most comfortable using".

Isn't this preposterous? Hilarious?
What would you expect from a company with a record number of micro innovations and soft security?

M.

Friday, April 16, 2010

Il-monument ta' Ħal Luqa.

Reġa' ssemma l-momunemt ta' Ħal Luqa, u bi dritt. Iva bi dritt għax f'dan il-pajjiż għandna klassi diriġenti fqira u għadha b'mentalita' kolonjali. Ilna minn 1964 indipendenti iżda baqa' ż-żmien biex aħna ninħallu minn dik il-mentalita' fqira u kolojali: Il-mentalita' li jrid jiġi xi ħadd barrani biex isir xi ħaġa. Il-klassi diriġenti tagħna ma tirrispettaniex, u sservi lill-barrani. Mela mhux ta' b'xejn u bi dritt, li kellu jissemma mil-ġdid il-momument ta' Ħal Luqa!
Jekk ikun hemm ic-cans li ticcaqlaq xi ħaġa, bħal ngħidu aħna, jitneħħa dak il-kruha ta' monument li hemm f'Ħal Luqa, dan ic-cans jista' jintlaħaq jekk ikolna xi barrani jżurna - bħal ma hu l-papa.
Jekk hemm ix-xewqa li jsir monument falliku, tajjeb: ħalli jsir u jsir fl-għamla vera u propjra, u l-forma kollha artistika tiegħu! Dak ta' Ħal Luqa m'hu xejn ħlief struttura ridikola.
M'humiex ftit dawk li jgħidu il illum ngħixu f'epoka li qisu bħal kollox huwa arti, u kull idea tista' tissejjah arti. Tant kemm tlifna l-kuncett ta' arti u sbuħija li ngħixu f'epoka (artisitika) bla karattru,bla referenza; nistgħu ngħidu li ngħixu f'epoka artisita mitlufa.

Tlifna dan ic-cans li titneħħa (darba għal dejjem) struttura ridikola. U forsi anke tort ta' l-Inglizi ma tantx jitilfu c-cans biex jippruvaw jirridikolaw l-ex kolonji tagħhom. Ħaqna, għax aħna konna (bl-awtoritajiet tagħna) li qedna hemm dik l-struttura ridikola u bla sens.


Phallic Luqa Monument

Saturday, February 27, 2010

Lill-poplu ta' Malta u Għawdex

Ħafna drabi l-politikanti Maltin jħobbu jużaww il-frażi "Il-poplu ta' Malta u Għawdex" bħal li kieku dan mhux pajjiż wieħed u poplu wieħed. U jien din il-frażi dejjem dejqitni. Iżda meta toqgħod taħseb ftit, forsi vera li aħna m'aħniex poplu wieħed, forsi vera aħna m'aħniex kollha Maltin, forsi vera li l-politikant ma jaraniex bħala poplu wieħed iżda biss - sfortunatament - opportunita ta' vot.
Mela ejja naraw ftit. L-Għawdxin għal xi raguni jew oħra għandhom "bżonn" ta' ministru għalihom biss. Dawn diga' għandhom il-kunsilli lokali bħal dawk li jgħixu fil gżira ta' Malta, pero għandhom ukoll bżonn ta' ministeru għalihom biss. X'hinu, eżattement, ix-xogħol ta' ministeru għal Għawdex?

Meta ġew imsejħa l-ministri u segretarji parlametentari, kont rajt il-gazzetta, kullhadd qisu kellu lista ta' responsabiltajiet, xi ftit jew wisq timla' kaxxa, izda taħt il-ministeru għal Għawdex kien hemm kaxxa vojta bi ftit kliem - Għawdex u vici prim ministru.
Pjuttost vaga, ma taħsibx? Jekk għal xi raguni Għawdex huwa svantaggat - li assolutament m'huwiex - dal ministeru f'iktar minn għoxrin sena, x'għamel biex jikkombatti dan l-hekk imsejjah svantagg? Il-ministeru għadu hemm, mela nassumi li dan l-imsejjaħ svantaġġ għadu hemm; jew forsi konvenjenti li wieħed jgħid li hu svantaġġat.

Dan l-aħħar, reġgħu bdew jgħidu li Għawdex għandu bżonn ta'air-strip. Ħrafa oħra bħal tal-golf course u tal-CHOGM. Nizzu ħajr li ta' l-ewwel ma saretix u ta' l-aħħar kullħadd jaf kemm żdiedu t-turisti f'pajjiżna. Ħrejjef li jiswew bosta flus pubblici u ma jidirizzawx il-problemi reali.

Mela ukoll nkompli nara f'dan il-"Il-poplu ta' Malta u Għawdex" u nsaqsi, fil gżira t'Għawdex, kemm titħallas VAT per capita f'sena? U din il-figura, kif tikkompara ma' dak li jitħallas fil-gżira ta'Malta?

Nara ukoll in-nollijiet tal-"Gozo Channel", naħseb li d-differenza qawwija titkellem waħeda. U biex ma ninsewx, kullħadd jaf x'jintqal fuq il-multi tat-traffic.

M'għandi xejn kontra l-individwu, iżda din is-sistema hija totalment żbaljata u hemm cans kbir li twassal għal kollas. Aħna realment irridu poplu wieħed u pajjiż wieħed -f'kull effett - u sar iż-żmien li anke l-klassi dirigenti ta' pajjiżna tagħmel dan.

Saturday, January 23, 2010

L-arti kontemporanja

Jiena mhux xi wiehed li nsegwi x-xena ta' l-arti (statika) lokali jew internazjonali. Dak li naf gej mit-TV jew media. U jien insaqsi l-arti llum x'hini? x'qed tghidilna?
Nghixu f'dinja ta' konsum. Nikkunsmaw dak li jghidulna u tant kemm jghiduluna tajjeb li ahna nemmnu li qed nikkonsmaw dak li vera rridu u nixtiequ. U l-arti saret skjav ta' konsum u ahna minghalina li rridu l-arti ghax nixtiequha. Mela qed nikkonsmaw holma, nghixu f'realta' iddettat lilna u mposta bil-media dejjem presenti madwarna.
Minn zmien il-qedem sa bejn wiehed u iehor ir-revoluzjoni industriali, l-arti turina li konna parti minn natura. Konna mdawrin bin-natura u ahna konna ukoll naturali. L-arti turina li bdejna bidlna u hsibna li sibna lilna nfusna. Sibna l-intellet. Il-bniedem mhux bilfors baqa' parti minn natura u minn hemmhekk morna astratt u bdejna iktar nikkonsmaw u nahseb li issa intlifna. Irridu nfittxu lilna nfusna billi nibdew minn gewwa fina u fina irridu nsibu l-imhabba u l-paci: lil-Alla.
Meta nara l-moventi (artistici) kbar tal-passat, insib l-identita' ta' dawk iz-zminijiet, u nsaqsi: x'identita ser jkolna ma uliedna ta' futur imbieghed? Dawk li ntradmu fi "scrap yard"? Dawk li tilfu n-natura u qed iffixuha f'soluzjoni kontra l-"global warming"?

Saturday, January 9, 2010

2010

Ili ma nikteb xi haga hawnhekk. Tajjeb li nerga' nibda nikteb xi kelma kull tant.

Ic-cpar fil-mohh
Mela qrajt ahbar tajba li nharqet xi speed camera fil-bypass ta' San Pawl il-Bahar. U kemm kitbu kummenti fuq it-timesofmalta.com! U kemm hawn min ghandu cpar gewwa mohhu! Cpar serju li jekk nirraguna bhalhom, dawn lanqas biss inhallihom johorgu mid-dar ahseb u ara kemm inhallihom isuqu.

Jekk inti perezempju, lanqas biss tiflah issuq iktar minn 60kph minn gol mini (bhal ta' Sta Venera): tant kemm m'intix kapaci, li m'ghandux ikollok dritt issuq. Issa qed nara kif tirraguna int, int li tant m'intix kapaci, u tant ghandek cpar go rasek, li dejjem tara il-hazen f'haddiehor u tinsa il-korruzjoni u cpar li hemm gewwa fik!

Kien hemm xi hadd li kiteb li dan kien att vandalu. Ma nafux jekk verament inharqitx din il-camera ahseb u ara jekk kienx att vandalu jew le. Jien li naf hu, li l-vandalu huwa dak li wahhal l-ispeed camera.

L-ahhar tad-dinja

Ahbar tajba ghas-sena l-gdida. Tajjeb! Ghax qed jghidu li ma tantx baqa' biex tispicca d-dinja. U jekk inkomplu b'iktar ahbarijiet tajba sakemm tispicca d-dinja, inkunu nistaw nghidu li d-dinja spiccat bit-tajjeb.

Allura dawn il-vandali li hemm fil-parlament, il-kuntratturi privati li hemm wara l-wardens, speed cameras; dawn, dawn xorta ser jibqghu jerdghu sa l-ahhar? Sa kemm tispicca id-dinja? U zgur li ser jibqghu parassiti... heqq u jekk mhux vera, ikun hlew sentejn minn hajjithom!

Jiena mhux li tant nara TV, tant inqas it-TVM u l-programm Bongu. Dal-programm sar programm tad-dwejjaq minn mindu 'spicca' John Bundy. Fil-granet tal-Milied, xelt it-TV u fuq it-TVM kienhemm il-prim, Dr. Gonzi, u b'dik id-dahka sarkastika, u diskors b'ton altament disgustanti, qal xi haga hekk: Jiena trenjat bhala avukat, u ghalhekk imdorri li l-ligi hija l-istess ghal kullhadd.

Jien ma flahtx ghal dal-vomtu kollu u qlibtlu. Gonzi, ahjar qal, li hu, bhala avukat jaf ikun parassita. Anke ghax jien dan l-ahhar hlief parassiti mhux qed nara.

s-Sena t-Tajba.