Saturday, February 27, 2010

Lill-poplu ta' Malta u Għawdex

Ħafna drabi l-politikanti Maltin jħobbu jużaww il-frażi "Il-poplu ta' Malta u Għawdex" bħal li kieku dan mhux pajjiż wieħed u poplu wieħed. U jien din il-frażi dejjem dejqitni. Iżda meta toqgħod taħseb ftit, forsi vera li aħna m'aħniex poplu wieħed, forsi vera aħna m'aħniex kollha Maltin, forsi vera li l-politikant ma jaraniex bħala poplu wieħed iżda biss - sfortunatament - opportunita ta' vot.
Mela ejja naraw ftit. L-Għawdxin għal xi raguni jew oħra għandhom "bżonn" ta' ministru għalihom biss. Dawn diga' għandhom il-kunsilli lokali bħal dawk li jgħixu fil gżira ta' Malta, pero għandhom ukoll bżonn ta' ministeru għalihom biss. X'hinu, eżattement, ix-xogħol ta' ministeru għal Għawdex?

Meta ġew imsejħa l-ministri u segretarji parlametentari, kont rajt il-gazzetta, kullhadd qisu kellu lista ta' responsabiltajiet, xi ftit jew wisq timla' kaxxa, izda taħt il-ministeru għal Għawdex kien hemm kaxxa vojta bi ftit kliem - Għawdex u vici prim ministru.
Pjuttost vaga, ma taħsibx? Jekk għal xi raguni Għawdex huwa svantaggat - li assolutament m'huwiex - dal ministeru f'iktar minn għoxrin sena, x'għamel biex jikkombatti dan l-hekk imsejjah svantagg? Il-ministeru għadu hemm, mela nassumi li dan l-imsejjaħ svantaġġ għadu hemm; jew forsi konvenjenti li wieħed jgħid li hu svantaġġat.

Dan l-aħħar, reġgħu bdew jgħidu li Għawdex għandu bżonn ta'air-strip. Ħrafa oħra bħal tal-golf course u tal-CHOGM. Nizzu ħajr li ta' l-ewwel ma saretix u ta' l-aħħar kullħadd jaf kemm żdiedu t-turisti f'pajjiżna. Ħrejjef li jiswew bosta flus pubblici u ma jidirizzawx il-problemi reali.

Mela ukoll nkompli nara f'dan il-"Il-poplu ta' Malta u Għawdex" u nsaqsi, fil gżira t'Għawdex, kemm titħallas VAT per capita f'sena? U din il-figura, kif tikkompara ma' dak li jitħallas fil-gżira ta'Malta?

Nara ukoll in-nollijiet tal-"Gozo Channel", naħseb li d-differenza qawwija titkellem waħeda. U biex ma ninsewx, kullħadd jaf x'jintqal fuq il-multi tat-traffic.

M'għandi xejn kontra l-individwu, iżda din is-sistema hija totalment żbaljata u hemm cans kbir li twassal għal kollas. Aħna realment irridu poplu wieħed u pajjiż wieħed -f'kull effett - u sar iż-żmien li anke l-klassi dirigenti ta' pajjiżna tagħmel dan.

No comments: