Sunday, October 24, 2010

Malta u d-dinja skond jien v0.1

Kieku kelli mmexxi l-pajjiz u d-dinja jkolli gvern purament teknokratiku - iġifieri mmexxi minn nies kolti u studjużi bħal xjenzati, inginiera, artisti u profesjonisti varji. Dan naturalment jeskludi l-avukati, il-periti u l-ekonomisti (li tant għamlu ħsara dan l-aħħar).

Il-kunsilli lokali.
Dawn għalija kollha żejda. Il-kunsilli m'huma xejn ħlief xirka ta' opportunisti neqsin minn kull sens u ntelligenza, kultura u gost. Tajbin biss biex iġgħaluna ngħixu għar, kawża tad-deciżjonijiet dettati minn l-injoranza tagħhom. Il-kunsilli 'tajbin' biss biex jagħmlu xi one way, u tnejn u tlieta etc. Ftit wara jibdielhom u jaqilbu kollox. U biex ifottu l-parking u mbagħad jagħmlu l-parking għar residenti - ingustizja oħra. Jew inkella biex jwaħħlu xi kamera ħalli jikomplu jisolħulna l-but. Dan kollu m'għandiex x'nambugħ. Il-kunsilli taħti żgur li jkollhom żmien differenti għax ma jibqawx jeżistu! Fil-pajjiż hemm bżonn ta' tlitt dipartmenti biss. Malta North, Malta South u Malta centre. U jekk ser issaqsi, Għawdex jiġi taħt Malta North, u anke l-ministeru għal Għawdex jispicca għax dak żejjed bħal kunsilli lokali.

Il-MEPA, ic-caqnu u oħrajn
Darba wieħed qal li qabel kien hemm il-ministru 'omni-potenti' u issa hemm il-MEPA (bil-ministri & co. jistaħbu warajha). Din ukoll, hekk kif hini, hi żejda: xirka oħra ta' parassiti. Min hu parti mix-xirka jieħu u jifga u minn hu barra miskin għalieh. Il-MEPA & co. hija xhieda ta' rigress li ġabitna neqsin minn l-affarijiet sbieħ u artistici. Nsomma fhimtuni ukoll, il-MEPA & co jbgħatu sew taħti.

Is-siġar
Dawn żgur igawdu. Jiena jiddispjacini ħafna għas-siġar. Dan l-aħħar neħħew is-siġar li kien hemm fir-roundabout ta' ħdejn c'sare, Paola. Msieken, povri siġar! Issa hemm baħħ.
Il-gimgħa l-oħra mort sa pjazza San Ġorġ, il-belt. "Kmieni", tgħidu inthom, iva għax l-belt ingħalqet f'hija nnifisha u ma nersaqx l'hemm. U nsomma, rajt din il-pjazza għal l-ewwel darba minn mindu rranġawha. U malli rajta dheret sterili, mingħajr sigar, catta u griza! Qas gost ta' xi vaska, xejn! sterili għal l-aħħar. Jien għalija qisa xi ħaġa mejta. Is-siġar jgħatu dhera ferm isbaħ minn dak il-griz, għalfejn neħħewhom?
Eżempju ieħor, Zabbar road, il-Fgura. Fottewa wkoll. Kienet sabieħa tant bis-siġar. Le, jiena nzid is-siġar mhux biex niġi fuq-TV imma biex nsebbaħ l-ambejt ta' l-irħula l-bliet tagħna. Is-siġar isibu posthom f' l-irħula tagħna.

Nkompli darb oħra.

No comments: