Saturday, March 5, 2011

Malta, l-Libja u d-divorzju

Issa li nqala' l-inkwiet fil-Libja u ġew ħafna ajruplani u bastimenti, u Malta ġiet fuq l-iSky news, is-CNN etc. B'dan il-ħafna taqlib fid-dinja Arbija, insejna kwazi għal kollox il-kwistjoni tad-divorzju. Mhux tat-taħwid meta tqis li qas biss ġimgħa qabel qazzuna bid-divorzju? Pros u cons, mistoqsija tar-referendum, moralita u socjeta.

Jien, ser nagħmel bħal ma nagħmel bosta drabi u ngħid hekk kif naħsibha dwar id-divorzju u l-knisja. F'għajnejja l-knisja qas biss kellha tindaħal dwar id-divorzju, tant inqas tgħid li dan l-imbierek divorzju ser jbiddel iż-żwieġ u s-socjeta Maltija. Kollox ħrafa, kollu kliem fil-vojt.

Gesu Kristu kien car: "Dak li jgħaqqad Alla, m'għandux jifirdu l-bniedem." Żgur li dan hu kliem car li qiegħed 'il-fuq mill-knisja. Mela, l-knisja m'hix qeda f'posizjoni u mgħandiex tidħol fid-diskusjoni tad-divorzju (civili).
Il-knisja, trid tgħin lil bniedem biex ma jkissirx dak li għaqqad Alla imma mhux billi timponi li ma jkunx hemm id-divorzju iżda billi tgħin lil-insara biex dan l-imbierek divorzju ma jiġux bżonnu. Billi tgħin lilna n-nies nifmhu iktar x'hini l-imħabba u rispett li mingħajrhom jinqered iż-żwieġ. Hawn il-knisja trid taħdem u tikkoncentra l-isforzi tagħha. U il-knisja dan trid tibda tiddiskuti u mhux id-divorzju.
Sewwa qalu l-isqfijiet meta qalu "mhux iż-żwieġ irid jinbidel, iżda l-bniedem". U l-bniedem nbidel għeżież tiegħi, tant li d-divorzju ilu snin li daħal f'pajjiżna. Jaħasra, inthom "l-avukati" li toqgħodu ssibu d-differenzi bejn annulament, separazjoni u divorzju, ħarsu madwarkom u iftħu għajnejnkom!
Il-liġi tad-divorzju tkun qed tagħmel ufficjali l-ebusija li hemm f'qalb il-Maltin. Ebusija li realment qeda hemm - inutli tinnegha - għax biddlet il-bniedem u forsi qeda tikber. Il-knisja ma tistax tagħmel l-istess u twebbess l-attegjament tagħha billi tiprojbixxi d-divorzju. Il-knisja trid tgħin lin-nisrani jgħix il-ħajja nisranija u jrattab dik l-ebusija - b'hekk toħroġ id-differenza bejn żwieġ u żwieġ nisrani hekk kif iridu Alla.
Noqodu attenti ukoll għax f'għajnejja, l-knisja fil-kaz tal-qassisin taccettah d-divorzju; mela meta jinza' qassis, dik m'hix forma ta divorzju?

No comments: