Thursday, March 10, 2011

Ricetta tal-pulpetti b'differenza.

Normalment nagħmel il-pulpetti ġoz-zalza tat-tadam. Jiġu tajbin u jgħoġbuni iżda llum fettilli nbiddel u għamilthom hekk:

Mela l-ewwel ippreparajt it-taħlita tas-soltu. Ikkapuljat tac-canga, ftit tewm mitħun, Worcestershire sauce, frak tal-hobz, chives, riegnu, kemmun u bzar aħmar niexef - jgħoġobni ħafna mal-pulpetti - u ovvjament bżar u melħ.

Wara li ħawwad kollox sew, ħallejt it-taħlita tistrieħ ftit. Mbgħad, b'bowl mimlija ilma ħalli nxarrab idejja, bdejt naghmel il-pulpetti - zgħar, m'hemm għalfejn tagħmel xi ballun tat-tennis! Importanti li xxarrab idejk wara kull pulpetta, ħalli ma jiġux iwaħħlu.

Il-pulpetti qedthom go dish tal-ħġieġ bi ftit zejt fil-qiegħ. Meta lestejt il-pulpetti kollha, daħħalt id-dish taħt il-grill u bdejt nsajjar il-pulpetti. Dan bil-għan li nissigillhom u jibqaw tondi kemm jista' jkun. Meta rabbew l-iskorca, qlibthom u komplejt nsajjarhom għal ftit hin ieħor.

Sa danintant, qlejt nofs basla mqatta rqieqa, ġo taġen fuq nhar baxx. Żidt bictejn tadam nqaddet mqatta u komplejt nsajjar. Pero nxarrab b'ftit nbid abjad kull tant ħalli jkun hemm ftit umdu.
Wara żidt il kurrand. U warajh tfajt il-pulpetti. Hallejt ftit minuti - dejjem nxarrab b'ftit ilma jew nbid abjad. Hekk jibda jiehu ftit forma ta' zalza u mbgħad tfajt bictejn spinaci. Komplejt nhawwad u niccekja l-ilma. Lejn l-aħħar tfajt mgħarfa butir bi ftit salvja u ħawwadt sakemm dgħab il-butir kollu.

Neħħejt minn fuq in-nhar. Hawwart bit-tursin mqatta u zidt l-patata mixwija u kilna kollox, kollox!

No comments: