Wednesday, July 28, 2010

Għal għomrok

Ftit tas-snin ilu il-gvern ta' Gonzi telaq l-għidut tar-revisjoni tas-sistema tal-pensjoinjiet. Telqu il-lixka u ma għamlu xejn. Ħallew kollox għaddej u nkitbu ħafna ittri. U nsomma nafu aħna li n-natura umana tinsa u malli għadda iż-żmien opprtun, telquha mbaxx mbaxx u tawna sentenza għal għomorna, sentenza sa 65 sena.
Issa mhux ser jinqdew iktar direttament bit-Times of Malta - tajjeb tbiddel xi ftit - le, issa nqdew bil-barranin. Dan m'hu xejn gdid għax issa Malta inbiegħet kollha lil barranin! Issa nqdew bl-UE u WMF biex jikkonfermawlna s-sentenza għal għomorna sa 70 sena.
Ħalli ngħamlu analizi. Mela l-popolazjoni żdiedet... mela zdied ukoll id-dħul lil gvern. Żdiedu t-taxxi mela l-gvern ideaħħal iktar. Daħlu l-VAT ta' 15% u wara din żdiedet għal 18%. Daħlu bosta aktar taxxi indiretti. U ma ninsewx il-kontijiet li huma taxxa oħra.
Jgħidula li qed inħalsu l-NI biex eventualment nieħdu l-pensjoni... iżda fir-realta' din l-imbierka pensjoni ma jridx itiegħelek! Biex tkompli żżid l-inkomprensjoni, min hu bil-pensjoni llum, il-gvern jgħidlu li hemm ħaddieħor jaħdem għal pensjoni tiegħu... mela dawn għal xiex ħadmu? Inġustizja legalizzata.

Binarji differenti

Hemm zewġ binarji differnti u distinti. Dawk tal-politikanti u dik tagħna. Il-politikant ma jgħamilx il-ligijiet għalieħ, iżda hu jqiegħed lilu nnifsu fuq ħaddieħor u l-liġi, u l-liġijiet jeżistu għal ħaddieħor. Il-pensjonijiet m'humiex eccezjoni. Le, l-membri parlamentari għandhom sistema ta' pensjoni għalihom... ħalli jassiguraw li jibqgħu jerdgħu sa l-aħħar qattra ta' ħajja li jkollhom.

Torox?

Kristu dejjem kien car, u forst il-bosta tgħalim li tagħna, qal "Ta' l-aħħar jiġu l-ewwel u ta' l-ewwel jiġu l-aħħar". Meta kien vicin il-passjoni u għamel l-aħħar cena ma' sħabu, Kristu ħaslilhom saqajhom.
Jekk tkun ġejja elezjoni jippruvaw idelkulna ħafif saqajna, mbgħad jibgħatulna l-kont ta' l-ilma! U mhux dak il-kont dak biss u qatt ma tkun cara liema kontijiet u proposti ser joħorġu biehom... u aħna rridu nġalsu.

Jekk irid isir xi tibdil, kulħadd irid jitqies taħt is-sema. U min irid jagħmel il-liġijiet, l-ewwel jagħmilhom lilu u lil ta' madwaru u mbgħad jikkonsidra jgħaddiha lilna.

In-nanniet

Xejn ġdid meta ngħid li n-nanniet huma ta' valur kbir għas-socjeta' tagħna. U xejn inqas ġdid meta ngħid li n-nanniet jgħinu b'mod inkalkulabbli għat-tkabbir tal-familji tagħna. Iva għax illum ukoll kulħadd jaf kif l-omm ikollha toħroġ taħdem ħalli l-genituri ikunu jistgħu jħallsu id-dejn, il-kontijiet u l-isbalji kollha tal-politikanti Maltin. L-omm mhux għal l-ugwaljanza tmur taħdem. Dan kollu paroli fil-vojt.
U issa, f'dan il-paroli kollu fi-vojt li tant nisimgħu, min ser jieħu ħsieb it-tfal? In-nanny? U zgur, jekk mhux ser ikolna iktar nanniet. Din hi bażi għal socjeta' aħjar?!

No comments: