Tuesday, September 30, 2008

Il-Klandestin u l-Għarusa

"Kont għeri u libbistni, kont bla dar u lqajtni ..." Kliem car, m'hemmx kif iddur ma' l-lewza. Pero tajjeb li nippruvaw nifhmu din is-sitwazzjoni.

L-ewwel nixtieq nħares lejn x'qed jintqal, u waħda minn l-affarijiet hija li jgħidu li l-klandestini huma piz finanzjarju. Forsi vera, imma jekk hu veru, għalfejn l-ewwel tajna sitt xhur paga lil dak il-politikant li ma jridhux il-poplu u mbgħad żidna l-paga tal-MEP għal iktar minn €80k?

Oħrajn jgħidu li jġibu l-kriminalita'. Veru li meta wieħed jgħaddi mill-Marsa aħjar ma jħarisx darbtejn lejhom għax malajr jagħmlulek xi sinjal. Pero min, meta jkun parti minn gemgħa ma jagħmilx iktar l-arja? Naħseb li hawnhekk għandna naħsbu fis-sistema Olandiża, fejn ma jħallux ġemgħa jew koncentrazjoni ta' nies ta' etnija partikolari; iżda jinfirxu u tgħin ukoll l-integrazjoni.

Jiena meta nħares lejn din is-sitwazzjoni nara li hemm zewġ fatturi principali. L-ewwel fattur hu proprju l-klandestinita. Nsomma li ssir xi ħaġa minn taħt u l-awtorita għalkemm jafu biha, ma jagħmlu xejn jew ftit li xejn... fi kliem ieħor, l-awtoritajiet jiġu komplici ma' l-ħażen li qed isir. Problema oħra tal-klandestinita hija il-ħsara li toħloq għal minn jipprova jgħaddi mit-toroq ufficjali. Jekk ser tipprova tgħaddi mit-triq ufficjali żgur li ser issib xkiel u komtrolli liema bħalu... mela mhux talli l-awtorita hija kompjacenti ma' l-klandestinita, iżda talli jaqbillek bosta iktar li tuzha!!

It-tieni fattur hu l-kulur. Naħseb li bosta nies qed jaslu sal-kulur. Iva sal-kulur tal-gilda biex żgur nifthemu. Jiena nara li dawn in-nies huma vittmi ta' sistemi ħafna akbar minnhom u minna. Dan in-nies huwa dak li aħna naraw minn dak kollu li ma jridx jidher u/jew li ma jridux juruna. Iva vera, dawk li naraw aħna huma vittmi.

U l-Għarusa f'xiex tidħol? L-għarusa hija dak il-ħsieb li jgħewden ġo moħħna. L-għarusa gejja ukoll mill-Bibja bħall-kliem li ktibt fil-bidu. Hemm parabbola li titkellem dwar iż-żejt, l-għarajjes boloħ u dawk għaqlija. Meta l-boloħ spiccalhom iż-żejt, l-għarajjes għaqlija ma tawhomx minn tagħhom. Kienu għaqlija u ħabblu moħħhom għal dik is-sitwazzjoni, tant li gie l-għarus u ħadhom u ngħalaq il-bieb warajhom biex il-boloħ spiccaw barra.

Jiena kif ser nagħmel biex inkun twajjeb u għaqli? L-ewwel ħsieb li għandi huwa proprju "kont bla dar u lqajtni". Hekk hu: kont bla dar. Iva hemm bosta refugjati vittmi diretti u ndiretti ta' gwerer u jasar. Iva lil dawn għandna naqsmu darna magħhom, pero mhux kull min jiġi huwa refuġjat? Minn dak li naf jien, 10 biss għandhom dan l-istatus.

Ħsieb ieħor hu li ntejbu t-triq ufficjali għal dawk li jridu jiġu hawn Malta u nkissru t-triq tal-klandestina. Regolamenti.

Jiena tajt tnejn... jekk naħseb f'xi ħaga oħra niktiba, pero dawk li jpoġġu bilqeda fil-parlament, kemm ser idumu jsaħħnu s-siggu (ħlief meta jaħsbu għalihom)?!


No comments: