Saturday, September 20, 2008

L-indipendenza

Il-bieraħ il-mara qaltli "Ara hawnhekk ktibt fuq jum il-ħelsien, mela issa missek tikteb xi ħaġa għal festa t'għada - jum l-indipendenza". Forsi min qed jaqra diga pinga il-kulur politiku għax sfortunatament ir-realta' f'dan il-pajjiz hija li l-festi nazzjonali għandhom lewn politiku. Mela ejja nibdew ngħidu li la jien u lanqas il-mara ma tant jinteressana il-politika u ħmieġ kollu li ġġor magħha.

Issa qed noqorbu lejn nofs seklu ta' indipendenza minn l-Ingliżi. Min jafni, jaf ukoll li ma tantx għandi simpatija lejn l-Ingliżi. Hemm diversi raġunijiet. Nara li l-Inglizi tawna bis-siq - żammew il-poplu lura u lsir ta' l-injoranza. Minn naħa l-oħra ħadu ħsieb li xirka ristretta ta' nies tkun f'posizjoni sew priviliggata sabiex ikun hemm garanzija li l-bqija tal-poplu jibqa mjassar. Malti kontra Malti!

Storikament il-PN kien iktar vicin it-Taljani u dejjem il-bogħod mil-partit ta' Strickland, għalhekk naħseb li kellu jkun il-moviment li beda jimbotta lil Malta 'l-barra minn taħt id-dell opressiv ta' l-imperu Brittaniku. Pero t-triq ma kienetx facli. L-Inglizi żgur ma kienux ser joħolqu ambjent politiku sabiex il-gżira tagħna setet tikber socjalment u ekonomikament. L-Ingliżi ħadu ħsieb li l-ekonomija tagħna tkun totalment dipendenti minnhom ħalli mingħajrhom flus ma jkolniex, xogħol ma jkunx hawn u pajjiz imut mingħajrhom.

Mela naħseb li l-indipendenza minn l-Ingliżi tfisser iktar minn l-awtonomija tal-gvern Malti, tfisser mixja ta' poplu li l-ewwel irid jgħin ruħu biex iqum fuq saqajħ ħalli mbgħad jibda jimxi u jkattar il-ġid tiegħu.

Illum forsi qed ninsew minn fejn bdejna. Dejjem naħsbu x'ser nagħmlu u fejn sejrin, iżda tajjeb u mportanti li niftakru minn fejn tlaqna.

Illum forsi nsejna b' dik l-opressjoni mistura ta' xirka magħluqa ta' nies, iżda żgur hemm għada; semplicement ħadet għamla differenti (u globali).

Illum, wara 44 sena, minn xiex għandna bżonn insiru indipendenti?

No comments: