Sunday, May 31, 2009

Suppost

Suppost li kelli nlesti r-rakkont tal-mawra li għamilt ġo Puglia u Basilicata, pero ġejja bit-tul u nsomma ssa ser nikteb fuq l-elezjoni ta' l-UE.
X'ħela ta' flus. Qed jgħamlu propaganda qisu bħal xi 5 minn nies jistaw jgħamlu xi differenza għalina u ghal pajjiz. Vera li kull qattra tgħodd, iżda toqgħodux tagħadduna biż-żmien! Il-policies vera isiru fuq livell Europew pero dal-ħamsa minn nies kemm għandhom saħħa?
Nsomma kif nara jien, is-sitwazjoni hi tad-daħk. Difatti iktar qed nitkelmu fuq livell nazjonali milli fuq livell Europew. Għaliex? Għax żgur li fl-Europa ma nikmandawx aħna u żgur għax il-gvarn Malti sar qisu bħal kunsill lokali ta' l-Europa sabiex jamministra l-policies Europej fuq dawn il-gżejjer tagħna. U bħal ma l-elezjonijiet tal-kunsill lokali iservu sabiex il-partiti ikollhom idea ta' fejn sejrin il-voti, hekk ukoll ser iservu dawn l-elezjonijiet (farsa) ta' l-MEPs. Tajjeb li ssemma leħnek jekk ma taqbilx ma' Gonzi jew le.