Sunday, August 24, 2008

Ħadd ieħor

Ħadd wara ħadd, ġimgħa wara ġimgħa u wasalna lejn l-aħħar tas-sajf - l-isbaħ stagun. Illum qamet xi ftit żiffa u tagħmel tajjeb għax iġġib bidla. Aħna l-bnedmin għanda bżonn ħafna ta' bidliet f'ħajjitna. Il-kwistjoni hi x'bidliet irridu nagħmlu!

Irridu nagħmlu dieta? Jew irridu nsajru xi ħaġa ġdida, b'tgħoma ġdida?
Irridu nirbħu xi vizju ħażin? Jew irridu nerġgħu ndaħħlu xi vizju tajjeb li konna nsejnieħ?
Irridu naraw x'tofri different din l-ħajja? Jew nkella x'nista' nagħmel jien differenti?

Hemm drabi li naħsbu li l-bidla trid tiġi minn barra. Iżda jekk noqgħod naħseb ftit, l-ikbar bidla li jien nista' nagħmel hija li ninbidel minn ġewwa. Mhux li jien ma nibqax jien, iżda li jien nitqawwa minn ġewwa, nitqawwa fil-virtu. Din hija tassew l-ikbar bidla li nista' nagħmel.

Il-bdil minn barra tfisser li hemm cans li ma tibqax int innifsek. Għanda biżżejjed ndħil li ġej minn barra. Politikamnet, socjalment, kulturalment u ekonimikament.